Fl-aħħar sigħat fiequ 229 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 95 każ minn fost 3,795 test, biex bħalissa hawn 2,060 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,083,490 test.Ingħataw ukoll 751,546 doża tal-vaċċin. Minnhom, 396,686 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 375,373 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 33 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, 2 minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tal-Erbgħa kienet ta’ 32 sena.
Ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Coronavirus.