Fl-aħħar sigħat, fiequ 220 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 226 każ minn fost 3,274 test.
Dan ifisser li 93.1% ġew negattivi filwaqt li 6.9% tat-testijiet li saru ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 684,231 test. Dawn jinkludu 1,001 rapid swab test li saru matul din il-ġimgħa.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 f’Malta, ingħataw 68,779 doża. Minnhom, 21,767 persuna, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 84 sena u anzjana ta’ 97 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.