Fl-aħħar sigħat fiequ tnejn u għoxrin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew ħdax-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, u erbgħin elf, sitt mija u ħamsa u sebgħin doża tal-vaċċin, li erbgħa u għoxrin elf, ħames mija u tmintax minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm seba’ persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; persuna minnhom tinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.