Fl-aħħar sigħat fiequ 22 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew żewġ każijiet minn fost 2,234 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn mitt każ attiv ta’ Covid-19.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru aktar minn 904,600 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 445,830 doża.
Minnhom, 293,178 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 158,489 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, għat-tlettax-il jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.