Fl-aħħar sigħat fiequ 219-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 94 każ minn fost 3,483 test, biex bħalissa hawn 1,847 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,090,666 test.
Ingħataw ukoll 758,252 doża tal-vaċċin. Minnhom, 399,261 kienu l-ewwel doża u 380,927 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 30 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tal-Ġimgħa kienet ta’ 33 sena.
Fl -aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.