Fl-aħħar sigħat fiequ 216 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 175 każ minn fost 3,871 test.
Dan ifisser li 95.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 4.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru aktar minn 702,110 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 79,624 doża.
Minnhom, aktar minn 28,048 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjana ta’ 89 sena mietet fl-isptar St Thomas waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.