Fl-aħħar sigħat fiequ 215-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 313-il każ minn fost 4,463 test.
Dan ifisser li 93% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 763,393 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 126,277 doża. Minnhom, 40,681 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin anzjana ta’ 70 sena u anzjana ta’ 73 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.