Fl-aħħar sigħat fiequ 214-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 80 każ minn fost 3,378 test, biex bħalissa hawn 1,713-il każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,094,044 test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 759,818-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 399,690 kienu l-ewwel doża u 382,255 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 32 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tas-Sibt kienet ta’ 38 sena.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.