Fl-aħħar sigħat fiequ 212-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 90 każ minn fost 2,616-il test.
Dan ifisser li 96.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.3% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 789,809 testijiet.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 150,897 doża. Minnhom, 45,286 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 76 sena u mara ta’ 63 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.