Fl-aħħar sigħat fiequ 21 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 24 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 313.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 826,504 dożi tal-vaċċin, li 13,720 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm sitt persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei u ħadd minnhom ma jinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, mara ta’ 35 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.