Fl-aħħar sigħat fiequ wieħed u għoxrin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tnejn u għoxrin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn u tnejn u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u sitta u ħamsin elf, tliet mija u ħdax-il doża tal-vaċċin, li sitta u tletin elf u mija u erbgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm tlettax-il persuna bil-Covid l-isptar, li żewġ persuni minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.