Fl-aħħar sigħat fiequ 21 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 2 każijiet minn fost 2,454 test.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 897,257 test.
B’hekk il-każijiet attivi ta’ Coronavirus f’pajjiżna niżlu għal 158.
Ingħataw ukoll 420,815-il doża. Minnhom, 283,229 persuna ħadu l-ewwel doża, u 141,143 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19, għad-disa’ jum konsekuttiv.