Fl-aħħar sigħat fiequ wieħed u għoxrin persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew tlettax-il każ, biex il-każijiet attivi niżlu għal mitejn u dsatax.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, sebgħa u sittin elf, tmien mija u għoxrin doża tal-vaċċin, li minnhom, erbgħa u erbgħin elf, tmien mija u tletin kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm tlettax-il persuna bil-Covid li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.