Fl-aħħar sigħat fiequ 21 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 6 każijiet, biex il-każijiet attivi niżlu għal 236.
Sal-bieraħ, ingħataw 865,419-il doża tal-vaċċin, li minnhom 43,043 kienu dożi addizzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 13-il persuna bil-Covid li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.