Fl-aħħar sigħat, fiequ 209 persuni oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 143 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,872.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,227,416-il doża tal-vaċċin, li minnhom, 336,750 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 70 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, tlett irġiel ta’ 80 sena, 85 sena u 92 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.