Fl-aħħar sigħat, fiequ 207 persuni oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 116-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,680.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,230,442 doża tal-vaċċin, li minnhom, 337,749 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 57 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li erbgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġ anzjani irġiel ta’ 65 sena, 66 sena u żewġ anzjani nisa ta’ 77 u 83, tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus.