Fl-aħħar sigħat, fiequ 206 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 154 każ minn fost 2,639 test.
Dan ifisser li 94.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 5.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 651,155 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 48,474 tilqima. Minnhom, 14,739 ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, fl-Isptar Mater Dei mietu żewġt irġiel anzjani li kienu pożittivi għall-COVID-19; wieħed kellu 82 sena u l-ieħor 63 sena