Fl-aħħar sigħat fiequ 204 persuni mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 78 każ minn fost 3,260 test, biex bħalissa hawn 1,206 każijiet attivi.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,106,569 test.
Ingħataw ukoll 767,831 doża tal-vaċċin. Minnhom, 402,373 persuna ħadu l-ewwel doża u 389,610 persuni huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 35 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, erbgħa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tal-Erbgħa kienet ta’ 35 sena.
Qalu wkoll li anzjana ta’ 88 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.