Fl-aħħar sigħat, fiequ 195 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 134 każ minn fost 2,772 test.
Dan ifisser li 95.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4.8% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 630,379 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 35,676 tilqima.
Minnhom, 7,594 persuni ħadu t-tieni doża.
Intant, anzjan ta’ 69 sena u anzjan ta’ 85 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.