Fl-aħħar sigħat fiequ 193 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 345 każ minn fost 3,832 test.
Dan ifisser li 91% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 9% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 721,113-il test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 92,806 dożi. Minnhom, 31,710 persuni ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjana ta’ 88 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.