Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u disgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija tmienja u tletin każ minn fost elfejn, disa’ mija u tlieta u sebgħin test.
Dan ifisser li ħamsa u disgħin punt erbgħa fil-mija (95.4%) tat-testijiet li saru ġew negattivi u erbgħa punt sitta fil-mija ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru sitt mija u wieħed u għoxrin elf, erba’ mija u sitta u għoxrin test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw tletin elf mitejn u tnejn u ħamsin tilqima.
Minnhom, erbat elef, tmien mija u wieħed u disħgin persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, tliet anzjani, wieħed ta’ tmienja u sittin sena, ieħor ta’ erbgħa u tmenin sena u anzjana ta’ disgħin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.