Fl-aħħar sigħat fiequ dsatax-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew ħmistax-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn u tmintax.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, wieħed u sebgħin elf, ħames mija u tnejn u disgħin doża tal-vaċċin, li seba’ u erbgħin elf, tliet mija u tnax minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm ħdax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.