Fl-aħħar sigħat fiequ 19-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 32 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 565.
Sal-bieraħ, ingħataw 903,363 doża tal-vaċċin, li minnhom, 71,828 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 12-il persuna bil-Covid li qed jieħdu l-kura l-isptar, li 2 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.