Fl-aħħar sigħat, fiequ 185 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 182 każ minn fost 2,843 test.
Dan ifisser li 93.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 6.4% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 612,580 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 26,847 tilqima. Minnhom, 3,456 ħadu t-tieni doża.
Intant, anzjan ta’ 78 sena u anzjana ta’ 63 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.