Fl-aħħar sigħat, fiequ 185 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 192 każ minn fost 3,743 test.
Dan ifisser li 94.9% ġew negattivi filwaqt li 5.1% tat-testijiet li saru ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 687,974 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 f’Malta, ingħataw 71,562 doża. Minnhom, 22,501, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 83 sena, anzjan ta’ 67 sena u mara ta’ 30 sena, li kienet residenti fid-Dar tal-Providenza, mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.