Fl-aħħar sigħat, fiequ 184 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 156 każ minn fost 2,817-il test.
Dan ifisser li 94.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 5.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 656,803 testijiet.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 51,641 tilqima. Minnhom, 16,265 persuna, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 82 sena u anzjana ta’ 97 sena, mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.