Fl-aħħar sigħat, fiequ 184 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 122 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,565.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,232,438 doża tal-vaċċin, li minnhom, 338,537 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 52 persuna l-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 70 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.