Fl-aħħar sigħat fiequ tmintax-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew għaxar każijiet, biex il-każijiet attivi jgħoddu għal mitejn u wieħed u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u tnejn u ħamsin elf, mitejn u tlieta u tletin doża tal-vaċċin, li minnhom, tnejn u tletin elf, disa’ mija u erbgħa kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm ħdax-il persuna l-isptar bil-Covid-19, u persuna minnhom (1) tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.