Fl-aħħar sigħat fiequ mija u erbgħa u sebgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija u tnejn u erbgħin każ minn fost erbat elef u wieħed u tletin test.
Bħalissa hawn elfejn, mitejn u tletin każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun u ħamsa u sebgħin elf, tmien mija u tlieta u tletin test.
Ingħataw ukoll seba’ mija u sitta u erbgħin elf, tmien mija u tlieta tmenin doża tal-vaċċin. Minnhom, tliet mija u tlieta u disgħin elf, u disa’ mija u sebgħa sittin kienu l-ewwel doża u tliet mija u wieħed u sebgħin elf, tmien mija u żewġ persuni huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm sebgħa u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tat-Tnejn kienet ta’ sebgħa u tletin sena.
Intant fl-aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.