Fl-aħħar sigħat fiequ 17-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 55 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 603.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 908,687 doża tal-vaċċin, li 76,771 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 13-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.