Fl-aħħar sigħat fiequ sbatax-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sebgħa u tletin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn, wieħed u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, erbgħa u tmenin elf, tliet mija u disgħa u erbgħin doża tal-vaċċin, li ħamsa u ħamsin elf, tmien mija, sitta u sebgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm tmien persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.