Fl-aħħar sigħat fiequ 17-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 5 każijiet minn fost elfejn u mija u sebgħin test.
Dan ifisser li 99.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 889,079 test.
Ingħataw ukoll 392,929 doża. Minnhom, 268,118 ħadu l-ewwel doża, u 127,255 persuna huma kompletament imlaqqma biż-żewġ dożi.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.