Fl-aħħar sigħat, fiequ 168 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 237 każ minn fost 3,578 test.
Dan ifisser li 93.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 6.6% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 695,192 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 76,159 tilqima. Minnhom, 25,118-il persuna ħadu t-tieni doża.