Fl-aħħar sigħat, fiequ 165 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 167 każ minn fost 2,217-il test.
Dan ifisser li 92.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 7.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 642,152 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 43,337 tilqima. Minnhom,12,135, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 78 u anzjana ta’ 82 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.