Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u tlieta u sittin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tliet mija u tlieta u ħamsin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ erbat elef u tlieta u ħamsin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u ħamsa u ħamsin elf, mitejn u tnax-il doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u disgħa u erbgħin elf, tmien mija u ħamsa u erbgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm tnejn u tmenin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva. Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ wieħed u tmenin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.