Fl-aħħar sigħat, fiequ 162 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 72 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 898.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,235,470 doża tal-vaċċin, li minnhom, 340,050 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 39 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li erbgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda imwiet b’rabta mal-Covid-19.