Fl-aħħar sigħat fiequ 16-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 35 każ minn fost 1,550 test.
Dan ifisser li 97.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 2.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 872,649 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 341,909 dożi. Minnhom, 108,716 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.