Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u sebgħa u ħamsin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew sebgħa u sebgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tmien mija, u sittax.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, sitta u tletin elf, ħames mija u tmienja u disgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u erbgħin elf u tliet mija u erbgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm tnejn u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li erbgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġt anzjani ta’ sebgħin u sebgħa u tmenin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.