Fl-aħħar sigħat, fiequ 157 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 100 każ minn fost 3,084 test.
Dan ifisser li 96.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 3.2% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 633,463 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 37,586 tilqima.
Minnhom, 8,749 persuni ħadu t-tieni doża.
Intant, anzjan ta’ 93 sena, anzjan ta’ 77 sena u anzjana ta’ 77 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.