Fl-aħħar sigħat, fiequ 156 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 283 każ minn fost 3,799 test.
Dan ifisser li 92.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 7.4% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 717,281 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 89,946 tilqima. Minnhom, 31,034 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mietu tliet persuni waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19; żewġt irġiel ta’ 47 u 69 sena u mara ta’ 76 sena.