Fl-aħħar sigħat, fiequ 156 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 163 każ minn fost 3,209 testijiet.
Dan ifisser li 5% tat-testijiet li saru ġew pożittivi u 95% ġew negattivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 665,335 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 57,683 dożi. Minnhom, 18,536 persuna, ħadu t-tieni doża.
Sadanittant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, tlett anzjani li għandhom 82, 78 u 81 sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.