Fl-aħħar sigħat, fiequ 156 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 151 każ minn fost 3,491 test.
Dan ifisser li 95.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4.3% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 645,643 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 44,598 tilqima. Minnhom, 12,928, ħadu t-tieni doża.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin ma mietet l-ebda persuna waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.