Fl-aħħar sigħat, fiequ 155 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 116-il każ minn fost 3,111 test.
Dan ifisser li 96.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 3.7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 589,545 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 18,930 tilqima.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, miet raġel ta’ 81 sena li kien pożittiv għall-COVID-19 u li kien qed jieħu l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.