Fl-aħħar sigħat fiequ ħmistax-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sebgħa u għoxrin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa jgħoddu tliet tliet mija u wieħed u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, tmienja u tmenin elf, tmien mija u tmenin (888,880) doża tal-vaċċin, li disgħa u ħamsin elf u wieħed u erbgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm ħdax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei. Erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.