Fl-aħħar sigħat fiequ 15-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 19-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 208.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 877,291 doża tal-vaċċin, li 50,853 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 10 persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.
