Fl-aħħar sigħat fiequ ħmistax-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew dsatax-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn, wieħed u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, erbgħa u tletin elf, ħames mija, tlieta u erbgħin doża tal-vaċċin, li għoxrin elf u tmienja u erbgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm disa’ persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; u persuna waħda fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.