Fl-aħħar sigħat fiequ 15-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 6 każijiet minn fost 1,600 test.
Dan ifisser li 99.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, 0.3% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 886,909 testijiet.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 386,760 doża. Minnhom, 265,361 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 123,843 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.