Fl-aħħar sigħat fiequ 15-il persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 146 każ minn fost 3,809 testijiet, biex bħalissa hawn 1,963 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,045,227 test.
Ingħataw ukoll 724,343 doża tal-vaċċin. Minnhom, 383,867 kienu l-ewwel doża u 357,558 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 18-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, 1 minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li mill-195 każ irrappurtati lbieraħ, 125 persuna kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena.
L-età medja tal-każijiet tal-Ħadd kienet ta’ 29 sena.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.