Fl-aħħar sigħat, fiequ 149 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 136 każ minn fost 3,431 test.
Dan ifisser li 96% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 609,737 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 25,822 tilqima. Minnhom, 2,969 kienu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, miet raġel ta’ 85 sena fl-Isptar Mater Dei li kien pożittiv għall-COVID-19.