Fl-aħħar sigħat, fiequ mija disgħa u erbgħin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tliet mija u tlieta u tletin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elfejn, seba’ mija u tlieta u għoxrin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u tlieta u ħamsin elf, mitejn u erbgħa u għoxrin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u tmienja u erbgħin elf, sitt mija u sitta u sittin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm wieħed u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li persuna minnhom tinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.